Djun fuq Rockna

Djun fuq Rockna

Nhar it-tnejn 10 ta’ Ġunju, il-bassist tad-Djun Charles Cassar se jkun intervistat minn Michael Buġeja fuq il-programm tar-radju “Rockna”. Il-programm jixxandar fis-19:30 fuq NET FM. Waqt il-programm se jindaqqu numru ta’ siltiet mill-album “Il-Ħlas” għall-ewwel darba. Charles u Michael jitħaddtu wkoll dwar l-oriġini tal-grupp Djun u x-xena mużikali lokali.