‘Il-Ħlas’

Tnedija ta' 'Il-Ħlas', l-album tad-debutt tad-Djun

Djun Culture May 7, 2019 at 1:43 pm
  • Description
  • FAQ
  • Backers

Project Description

Djun: Tnedija ta’ ‘Il-Ħlas’

Id-Djun huwa grupp pop alternattiv li jdoqq kanzunetti bil-Malti. Fid-29 u t-30 ta’ Ġunju sejrin nniedu l-album tad-debutt tagħna, “Il-Ħlas”. Il-Ħlas huwa ġabra ta’ kanzunetti li jittrattaw it-temi tat-tmiem u l-mewt; temi tqal u diffiċli iżda li l-album jindirizzom minn perspettiva pop. Il-proġett nibet mill-ħtieġa umana illi nikkonfrontaw il-mogħdija inevitabbli taż-żmien. Fittixna li nissieltu minn dal-konfront dak il-ġmiel li kultant jinħeba fid-dieqa. Il-prodott finali huwa r-riżultat ta’ proċess twil ta kitba, esperimentazzjoni, argumenti, xiri impulsiv ta’ apparat mużikali, ħsieb, u ħbiberija.

Filwaqt li d-Djun huwa grupp  ġdid, il-membri tal-grupp kollha huma mużiċisti ta esperjenza. Id-Djun huma:

Justin Galea (kant/keyboards) – kantant u mużiċist ta’ esperjenza, kif ukoll ko-ordinatur u direttur ta’ varji proġetti artistici. Fil-passat ifforma parti mill-gruppi mużikali Plato’s Dream Machine u l-Brikkuni.

Paul Torpiano (pjanu/keyboards/kant) – pjanist kreattiv u intelliġenti, kif ukoll kantant. Membru  ta’ varji gruppi, fostom Funk Initiative u Tact.

Ryen Refalo (kitarra) – kitarrist li jħallat l-innovazzjoni ma l-aċċessibilita. Fil-passat kien membru ta’ The Voyage u Hazyl.

Charles Cassar (bass) – fundatur tal-grupp, awtur tal-lirika u bassist. Membru wkoll tal-grupp Tact. Fil-passat kien membru taz-Zizza Ensemble  u l-Fire.

Michael Vella Zarb  (drums) – drummer żagħżugħ, mużiċist tekniku u mimli ideat.  Membru ta’ varji gruppi, inklużi Mirage u Strictly Commercial.

Dan il-proġett hu megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti – Malta Arts Fund. Investejna ħafna wkoll minn butna għax nemmnu bis-sħih fil-proġett. Nemmnu pero li bis-saħħa tal-kontribuzzjonijiet tagħkom ser inkunu f’posizzjoni li nwasslu l-viżjoni tagħna għall-album u għat-tnedija. Il-kontribuzzjonijiet sejrin jgħinuna biex inkopru l-ispejjeż tar-recording, mixing u mastering tal-kanzunetti, li imbagħad jippermettilna li ninvestu  iżjed fit-tnedija.

Ninsabu ħerqana li naqsmu dan ix-xogħol magħkom.  Dawk li jagħżlu li jikkontribwixxu għal din il-kampannja ta’ crowdfunding se jibbenefikaw minn skontijiet fuq il-prezzijiet tal-biljetti u tal-vinyl. Noffru wkoll l-opportunita li tibbukkjaw il-grupp għal kunċert privat.

Rewards – Biljetti, Vinyl u Digital Downloads

Nirringrazzjaw lil dawk fostkom li għoġobom jagħtuna s-support tagħhom f’din il-kampannja. Infakkrukom illi ir-rewards (biljetti, vinyls u / jew digital downloads) jinġabru mill-bieb dakinhar tal-launch. Aħna nżommu lista tal-backers, pero għas-serħan tal-moħħ tistgħu iġġibu magħkom l-irċevuta taz-Zaar. Grazzi minn qalbna tas-support.

Share Project